Natalie PortelliCARMEL ZARB

Zarb għandu 38 sena u joqgħod Marsaskala. Miżżewweġ lil Sylvia u għandu żewġt itfal, Maria Rebecca 10 snin u Christian 7 snin.

L-ewwel ppubblikazzjoni tieghu kien Il-Misteru tal-Wied il-Kbir li ħareġ fis-sena 2001. B’kollox ippubblika 9 kotba: Il-Misteru tal-Wied il-Kbir; Il-Misteru tal-Ħondoq; Il-Misteru tat-Torri San Tumas; Fis-Satra tal-Lejl; Il-Misteru tal-Forti Manoel; Il-Gżira Sigrieta; Il-mara ta' ġo fija; Stella ċ-Ċkejkna Saħħara u s-Sigriet tal-Iskola; Pandora (flimkien ma’ Rutħ Frendo). Dalwaqt se jkun ippubblikat ukoll il-ktieb Fis-Saħta ta' Bedudu.

Il-professjoni tiegħu hija dik ta’ Pulizija fl-Iskwadra Mobbli, fejn solva nofs il-każijiet tal-mafja Taljana (… le din biss ħolma!), iżda ġieli kien involut f’xi qabda ta’ xi ħalliel li jkun qed jisraq min xi karozza jew residenza.

Għandu ħafna għal qalbu l-istejjer dwar il-paranormali f'Malta u dak kollu li għandu x'jaqsam
mad-dinja tal-erwieħ, superstizzjonijiet, storja tal-knisja, xitan, dehriet, qaddisa, mirakli, eċċ