Natalie PortelliMARY PULI

Twieldet Birkirkara, fit-22 ta’ Lulju 1930. Ta’ tliet xhur il-familja marru joqogħdu tas-Sliema. Ta’ 5 snin bdiet tattendi l-iskola primarja tal-lokal u wara spiċċat il-kors ta’ 6 snin f’St Louis Secondary School. Għamlet sena għalliema. Wara 9 snin għaddiet għal assistenta kap tal-iskola u ħadet scholarship ta’ sena f’Digby Stuart College, l-Ingilterra. Saret kap ta’ skola fl-1966 u kienet responsabbli għal diversi skejjel primarji fejn baqgħet sakemm irtirat fl-1990.

Kienet imdaħħla fit-tħejjija tal-kotba tad-Denfil għall-ewwel tliet snin tal-primarji, kif ukoll fil-kitba tal-kotba tal-matematika għall-iskejjel primarji. Ippubblikat diversi kotba tat-taħriġ – Il-Ġugarelli, L-Annimali, L-Istejjer u l-Ħrejjef, Inħobb ngħanni (taqbiliet għaż-żgħar), Il-Peprinu (taqbiliet), Il-Ġurdien il-Kbir, Il-Qattus Imqareb, Perlinu ħareġ idur (stejjer), fost oħrajn. Ilha tokkupa l-kariga ta’ editur tal-gazzetta Tagħna t-Tfal ta’ l-Azzjoni Kattolika, mill-bidu tagħha f’Jannar 1980. Okkupat
diversi karigi ċentrali fi ħdan l-Azzjoni Kattolika Maltija.

Fl-1972 ġiet mogħtija l-P.E.P. (Pro Ecclesiae et Pontefice) u fit-13 ta’ Diċembru 1997 ġiet
mogħtija l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.